Follow Up: Avukat sa nhar is-Sibt għax…

Segwi hawn Follow Up tal-Erbgħa 4 t'April fuq RTK 103FM. 
Il-ġurnalist ta' Newsbook.com.mt Matthew Borg f'intervista ma' Rennie Zerafa minn Puttinu Cares fejn jgħid kif il-Gvern kien diġà wiegħed li jgħin lil Puttinu xahrejn ilu. 
Il-blogger Manuel Delia jitkellem dwar kif skont hu l-qtil tan-nisa jsir minn irgiel li ma tgħaddix tagħhom.  
Andre Debattista, Riċerkatur fuq aħbarijiet internazzjonali, jagħtina l-aħħar żvilluppi fix-xena politika internazzjonali. 
Dr Pauline Grech titkellem dwar ix-xjenza u r-reliġjon: żewġ veduti jew żewġ realtajiet?
Dr Alistair De Gaetano mill-Autism Advisory Council jgħidilna wkoll dwar x'se jkun qed jagħmel dan il-kunsill. 
Fl-aħħar parti tal-programm nitkellmu ma' Rev. Anton D’Amato mill-Parroċċa ta’ Santa Katerina Verġni u Martri, iż-Żurrieq, li huwa avukat u min-nhar is-Sibt se jiġi ordnat Saċerdot. X'se tkun il-ħidma tiegħu fil-Knisja?
Tippreżenta Sylvana Debono.