Assassinju Daphne: Il-Qorti minuta b’minuta dwar jinħelsux l-akkużati

13:30: Il-Qorti tgħid li se tagħti d-digriet fil-magħluq – il-konklużjoni tinqata' fil-jiem li ġejjin.
13:08: Id-difiża tgħid li l-Qorti tiżen u tagħti l-ħelsien proviżorju u ma jabbużawx mill-massimu tal-20 xahar.
13:07: Id-difiża tgħid li bl-ebda mod ma jrid jallega li l-każ ma kienx wieħed krudili. Sostna li fl-aħħar mill-aħħar għandha tinstema mill-ġuri x’jaħsbu dwar il-każ. Sostna li għandu jingħata l-konfort mill-Qorti u li l-Qorti tara d-drittijiet ta’ kulħadd.
13:03: Il-prosekuzzjoni tfakkar li l-akkużati diġa għandhom ukoll diżgwidi mal-Pulizija. Jgħid li r-reat u d-delitt li qed jiġi diskuss, irid jittieħed f'konsiderazzjoni. Sostna li l-investigazzjoni għadha għaddejja mill-Pulizija u jgħid li l-organizzazzjoni organizzata mhix immaġinarja imma hija fattwali għax id-delitt hemm il-provi li twettaq min tal-inqas tliet persuni u l-liġi Maltija tgħid li dak jikklassifika bħala organizzazzjoni organizzata li twettaq id-delitt. Jgħid li għadu 'l bogħod mill-20 xahar.
12:59: Il-prosekuzzjoni tgħid li l-qtil ta' persuna permezz ta' karozza bomba huwa att krudili u li seta' kellu knsegwenzi ħafna akbar. Jgħid li huwa ċar li mhux vera l-liġi tobbliga li jingħataw il-ħelsien proviżorju. Sostna li f'każ ta' ħtija ta' qtil u li d-dokument jissuġġerixxi biss li l-Qorti 'tista' tagħti l-ħelsien mill-arrest' u mhux veru għandha obbligu. Jgħid li għalkemm vera kien hemm każi ta' omiċidju fejn persuni ngħataw il-ħelsien proviżorju imma kien hemm każijiet oħra. Isostni li wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn omiċidju u omiċidju.
12:58: Rappreżentata tad-difiża tidħol tard, tgħid li dawn huma kkużati bħal kull kawża oħra u m'għandiex taffettwa d-dritt tagħhom li jiġu trattati bħal ħaddieħor.
12:57: Id-difiża tgħid li fl-ewwel paragrafu tat-tieni paġna jgħid li hemm xi għaqda sigrieta li jgħid li turi li l-biża tal-avukat ġenerali hija immaġinarja.
12:52: Id-difiża ssostni li l-liġi tgħid li l-Qorti għandha tagħti l-opportunita teħles fuq pleġġ lil kull persuna. Isostni li qed jissuġġerixxi biss u ma jridx jindaħal lill-Qorti. Sostna li l-akkużati m’hemmx riskju li jaħarbu mill-pajjiż hekk kif għandhom il-familji. Fakkar li ix-xhieda tkellmu kollha, l-investigazzjoni mill-investigaturi barranin saret u fakkar li l-Pulizija qas biss jafu min kienu dawn l-investigaturi.
12:51: Il-prosekuzzjoni tgħid li l-evidenza għadha qed tiġi analizzata. Issotni li taf x'tggħid il-liġi.
12:49: Id-difiża tgħid li mhux ħa jkun hemm moniteraġġ tal-provi. Jgħid li hawn min akkużat fuq qtil u qiegħed barra. Jgħi li din il-kawża qed titkabbar iktar milli suppost: “blown out of propotions”. Jallega li l-Qorti qed tħossa taħt pressjoni tal-pubbliku u għalhekk qed tiddubita tagħtix il-libertà proviżorja.
12:49: Il-prosekuzzjoni tgħid li din mhix skuża.
12:47: Difiża tgħid li wieħed huma innoċenti sakemm jinstab ħati. Sostna li għandhom ċertu drittijiet. Sostna li prova diretta ma nġabitx mill-prosekuzzjoni sal-lum. Jgħid li kull ma semgħu kienet li kien hemm xi tip ta' teknoloġija li kienu qed jużaw il-mowbajls fl-akwati.
12:40: Difiża tgħid li qed titlob ħelsien proviżorju konġunt. Jgħid li l-Qorti trid tara jekk il-gravita waħeda hix raġuni. Isaqsi x'biża hemm jekk jinħelsu li jkun hemm tbabis mal-evidenza u x-xhieda. Sostna li ma fadalx xhieda xi jxekklu. Isaqsi li jekk id-data hija ppreservata għand il-prosekuzzjoni, jixtieq ikun jaf kif din hija raġuni opponibbli li tlieta minn nies presunti innoċenti jibqgħu jinżammu arrestati.
Illum se tinstema' t-talba tal-libertà proviżorja tal-akkużati fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
It-tliet akkużati huma Alfred Degiorgio magħruf bħala "il-Fulu", ħuh George Degiorgio "ċ-Ċiniż" u Vince Muscat "il-Koħħu".