Illum il-Mulej jitgħarras mal-familji tagħna – Arċisqof Scicluna

Din is-sena, l-Għid Imqaddes se ikun ċelebrat fit-12 t’April

Read in English.

L-Arċisqof Charles Scicluna qal li illum l-Knisja qed tiċċelebra festa ta’ imħabba fejn il-Mulej jitgħarras mal-umiltà, mal-bnedmin u l-familji tagħna.

Waqt l-konċelebrazzjoni tal-festa tal-Epifanija, Mons. Scicluna qal li l-Knisja illum qed tiċċelebra fest kbira tal-Imħabba, l-Valentines’ day tal-Knisja.

Illum tħabbar li l-Knisja Kattolika se tkun qed tiċċelebra l-Għid Imqaddes fit-12 t’April, waqt li r-Randan se jibda fis- 26 ta’ Frar waqt li Għid il-Ħamsin se jkun ċelebrat fil-31 ta’ Mejju, l-festa li tagħlaq l-Għid il-kbir.

Mons. Scicluna qal li l-fest tal-Epifanija tantiċipa l-festa tal-Ġimgħa l-Kbira fejn Ġesù jissallab biex titwieled il-knisja.

Huwa qal li r-rigali tat-tliet maġi b’mod partikulari l-mirra hija t-tħabbira ta’ għaddej li se jsofri. Fl-istess ħin, meta Erodi staqsa lill-maġi dwar il-Messija, huma qalulu li kien mexxej li hu ragħaj li se juża’ l-awtorità tiegħu bħala servizz, li jaf in-ngħaġ tiegħu li jagħti ajtu għal merħla tiegħu.

F’din l-okkazjoni, Mons. Scicluna aċċetta uffiċjalment żewġ kandidati għall-Ordinazzjoni Djakonali.

Sean Abela mill-Parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat, u Jean Claude Attard mill-Parroċċa ta’ Sant’Anna, Wied il-Għajn, li jistqarrew pubblikament ir-rieda tagħhom li joffru lilhom infushom lill-Knisja biex iservu bħala saċerdoti.