Filmat: 3 każijiet ġodda; għandhom bejn l-20 u 23 sena

Read in English.

Il-Professur Charmaine Gauci kkonfermat li matul il-lejl tliet testijiet irrużultaw pożittivi għall-coronavirus. Hija qalet li l-każijiet telgħu għal total ta’ 21 każ li huma kollha impurtati minn barra minn Malta.

L-ewwel każ ikkonfermat ilbieraħ  23 sena li huwa healthcare worker li siefer lejn Dublin fl-Irlanda bejn is-7 u l-10 Marzu fil-11 ta’ Marzu beda bis-sintomi. Kif beda bis-sintomi beda bil-kwarantina u ma baqax imur ix-xogħol. Sar kuntatt mal-familja tiegħu biex anki huma jagħmlu l-kwarantina. Saret evalwazzjoni fuq il-post tax-xogħol tal-persuna li hemmhekk kien hemm sitt persuni oħra li seta’ kellhom kuntatt miegħu u dawn kollha jinsabu fi kwarantina mandatorja. Qed isir risk assessment fuq it-titjira biex jiġi assigurat li l-passiġġieri jagħmlu monitoraġġ għas-sintomi.

Student ta’ 20 sena li wkoll mar Dublin fl-Irlanda u ġie lura fl-istess titjira. Mar fl-lecture fl-Università u qed isir assessjar fuq l-istudenti li seta’ kellu kuntatt magħhom.

It-tielet konfermat 21 sena mill-Portugall li dan kien f’Madrid fi Spanja li ġie f’Malta biex jaħdem. Ġie fl-10 ta’ Marzu flimkien mat-tfajla tiegħu u fit-13 ta’ Marzu bdew is-sintomi. Peress li marru mill-ewwel fi kwarantina huma ma ltaqgħu ma’ ħadd. It-tfajla kellha xi sintomi żgħar iżda hi rriżultat negattiva.

Il-Professur saħqet li n-numru ta’ testing huwa kbir ħafna kkomparat mal-popolazzjoni.

Aktar kmieni l-Ministru Chris Fearne ħabbar il-preparamenti li qed isiru fl-isptarijiet Maltin.