Filmat: Każ wieħed pożittiv, 9 ifiqu

Aġġornat 03:30 PM

Read in English.

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li hemm każ wieħed pożittiv u 9 persuni fiequ mill-coronavirus.

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci tat rendikont dwar il-11-il persuna li rriżultaw pożittivi (9 l-Ġimgħa, 1 is-Sibt u 1 il-Ħadd) waqt konferenza tal-aħhbarijiet dwar l-imxija tal-coronavirus f’Malta. 4 minn dawn il-każijiet kienu bla sintomi. B’kollox hawn 120 każ attiv. Tul il-ġurnata tal-Ħadd saru 803 tests li huwa n-nofs tat-testijiet li kienu qed isiru fil-ġranet ta’ qabel.

Il-Professur Gauci qed tagħmel dawn l-aġġornamenti tliet darbiet fil-ġimgħa, it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa.

Il-11-il każ pożittiv tul tmiem il-ġimgħa:

  • Mara Maltija ta’ 29 sena bla sintomi. Taħdem f’kumpanija privata u ħarġet pożittiva wara li l-kumpanija sħiħa marret għat-testing.
  • Mara Maltija ta’ 24 sena li hija healthcare worker fis-settur privat u ħarġet pożittiva wara li l-klinika li taħdem fiha marru għat-testing.
  • Raġel Malti ta’ 23 sena li huwa wkoll healthcare worker li jaħdem f’testing hub. Il-Professur fakkret li l-Ministeru għas-Saħħa ħareġ stqarrija dwar dan il-każ. Stqarret li sar diżinfettazzjoni b’mod aktar rigoruż.
  • Persuna mill-Alġerija 34 sena li qed jinżamm fl-isptar Boffa peress li joqogħod ma’ 5 persuni oħra.
  • Cluster ta’ żewġ persuni ġodda li kellhom kuntatt ma’ persuna oħra li kellu l-coronavirus. Peress li jaħdmu fuq l-istess post ġew identifikati mill-iswab tests li saru wara li ħareġ l-ewwel każ.
  • Mara Maltija ta’ 34 sena li taħdem fl-isptar Karen Grech. Mhix healthcare wrker pero taħdem hemm.
  • Mara Maltija ta’ 63 sena residenti fl-isptar Karen Grech.
  • Tfajla ta’ 19-il sena li kellha uġiegħ fil-griżmejn. Il-Professur qalet li din taħdem fi spiżerija u peress li tilbes il-maskra ma kienx hemm espożizzjoni.
  • Raġel li jaħdem self-employed li ħass is-sintomi.
  • Raġel kellu nuqqas ta’ xamm li ħareġ pożittiv. Il-mara tiegħu tinsab fi kwarantina imma r-riżultat tagħha kien negattiv.

22 pazjent fl-isptarijiet:

  • 11 fl-isptar Boffa
  • 7 fl-isptar St. Thomas
  • 4 f’Mater Dei (3 fl-Infectious Diseases Unit u 1 f’ward)

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn