Read in English.
Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci ħabbret li hemm każ ġdid pożittiv ta’ coronavirus minn total ta’ 944 test. Il-każ huwa fiċ-ċentru ta’ Ħal Far u b’hekk it-total hekkhekk huwa ta’ 50 każ. Ir-raġel huwa mis-Sudan ta’ 27 sena.
12-il persuna oħra fiequ biex it-total ta’ każijiet attivi huwa ta’ 85 persuna.
Hija appellat lill-pubbliku biex jibqa’ jsegwi d-direttivi u dwar ir-restrizzjonijiet li tnaqqsu hija ħeġġet lin-nies biex isegwu l-istruzzjonijiet. Dwar il-vjaġġi fuq il-Gozo Channel hija appellat ukoll biex jintużaw il-maskri u tinżamm id-distanza ta’ 2 metri bejn persuna u oħra kemm fit-terminals u fuq il-vapur.
Sal-bieraħ minn total ta’ 467 każ ta’ Covid-19, fadal biss 96 każ attiv hekk kif 2 persuni rriżultaw pożittivi għat-test. Wieħed kien Għawdxi li nqabad bl-asymptomatic random testing u l-ieħor miċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far bħala parti mill-iscreening regolari li qed isir.
Ilbieraħ ukoll fiequ 16-il persuna oħra mill-Covid-19 biex it-total ta’ nies li rkupraw issa huwa ta’ 367 u b’hekk kompliet ix-xejra li aktar nies qed jeħilsu mill-virus milli qed jimirdu bih.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.