Filmat: 4 każijiet ġodda ta’ coronavirus, 8 jirkupraw

Aġġornat 10:10 AM

Read in English.

Covid-19 – Press Briefing 18-4-2020

Covid-19 – Press Briefing 18-4-2020

Posted by Covid19 Malta on Saturday, April 18, 2020

Is-Superintendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci kkonfermat li kien hemm 4 każijiet ġodda ta’ coronavirus u 8 każijiet li rkupraw. Dan ifisser li 99 persuna irkupraw mill-virus wara li kienu ttestjati pożittivi fl-aħħar ġimgħat.

F’Malta hawn total ta’ 426 każijiet li ttestjaw pożittivi u jekk tneħħi dawk li mietu jew irkupraw hawn 324 każ attiv.

Il-każijiet tal-lum:

  • Raġel Taljan li rriżulta pożittiv wara li kien imfittex mill-awtoritajiet waqt il-contact tracing ta’ persuna oħra li rriżultat pożittiv aktar kmieni.
  • Tliet każijiet f’Ħal far li jinkludu raġel mis-Sudan u tnejn mill-Bangladesh. Dan ifisser li hemm total ta’ 35 każ fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far.

Hija spjegat li dawn huma numri żgħar minħabba li qed tiġi kkontrollata s-sitwazzjoni.

Għall-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, il-Professur ikkonfermat li żewġ pazjenti jinsabu fl-ITU u jinsabu f’kundizzjoni stabbli.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn