Filmat: 6 ifiqu u 6 oħra pożittivi għall-coronavirus

Read in English.

Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci ħabbret li nstabu 6 każijiet pożittiv mill-1,120 test li saru u 6 persuni oħra fiequ. B’kollox fiequ 433 persuna.

It-total ta’ każijiet f’Malta huwa ta’ 496 u 58 każijiet minnhom huma attivi. Hija tat dawn id-dettalji fl-aġġornament dwar il-coronavirus f’Jum l-Omm.

Mara ta’ 48 sena rriżultat pożittiva għall-coronavirus waqt li kienet fi kwarantina minħabba li omma kienet pożittiva.

Raġel Malti ta’ 51 sena rriżulta pożittiv minħabba s-sintomi li kien qed iħoss. Ir-risk assessment qed issir mal-familja u man-nies li ltaqa’ minħabba li jaħdem bħala self-employed.

Raġel ta’ 89 sena li jinsab rikoverat fl-Isptar Karin Grech u kien fl-istess ward tal-persuna li mietet. Huwa kien ittestja negattiv iżda lbieraħ kellu d-deni. Il-Professur qalet li b’kollox saru 15-il test fost il-pazjenti u 45 test fost il-ħaddiema f’dan l-istess sptar.

Żewġ healthcare workers li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, kif ukoll pazjent ta’ 53 sena li l-Professur qalet kien fl-istess cluster. Il-healthcare workers huma t-tnejn żgħażagħ, tfajla ta’ 27 sena u oħra ta’ 25 sena.

Hija spjegat li l-ittestjar isir b’mod repetut biex jinqabad il-virus skont il-partiċelli li jkun hemm fil-gerżuma.

Hija qalet li fl-Isptar Mater Dei hemm żewġ pazjenti, fl-isptar Boffa hemm żewġ pazjenti filwaqt li fl-isptar St Thomas hemm żewġ pazjenti oħra.