Filmat: “Id-deċiżjonijiet ħżiena se jolqtu lil kull ħaddiem” – Delia

Read in English.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li d-deċiżjonijiet ħżiena tal-Gvern se jolqtu lil kull ħaddiem. Huwa qal dan meta kien intervistat fuq l-istazzjon tal-PN Net TV waqt li kienet għaddejja maratona ġbir ta’ fondi għall-istess partit.

Delia qal li l-Partit Laburista bħala l-partit tal-ħaddiema, ħataf l-istituzzjonijiet għall-gwadann ta’ ftit nies.

Huwa xebbaħ l-isfidi tal-PN ta’ bħalissa mal-isfidi li l-PN kellu fit-tmeninijiet meta qal li “fl-aħħar in-nies fehmu li ma jistgħux jibqgħu jissaportu Gvern Laburista”. Huwa qal li dan imur lil hinn mill-politika partiġjana għaliex fisser li jekk persuna tħobb lill-pajjiż ma tistax tibqa’ siekta tara isem Malta jiċċappas.

Qal li kulħadd għandu responsabbiltà biex jieħu f’idejh il-pajjiż peress li Delia stqarr li l-pajjiż hu maħtuf mill-ftit nies fil-poter.