Filmat: Delia jitlob lil Busuttil jissospendi ruħu mill-Grupp Parlamentari

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li ssospenda lill-eks Kap tal-PN Simon Busuttil mill-kariga tiegħu bħala Shadow Minister ta’ Governanza Tajba, liema kariga se jkun qed jokkupa Delia nnifsu.

Segwi x’ingħad waqt il-konferenza hawn:

14:23: Delia qal li se jkellem lil David Casa fil-mument opportun.

14:22: Meta mistoqsi dwar Pierre Portelli, Dr Delia qal li Portelli għamel stqarrija personali, kif muri hawn taħt.

Din hija r-reazzjoni personali tiegħi għar-rapport ta' l-inkejsta tal-Maġistrat Aaron Bugeja li ġie ppubikat…

Posted by Pierre Portelli on Sunday, July 22, 2018

14:21: Simon Busuttil jitneħħa mill-kariga ta’ Shadow Minister. Delia jieħu postu. Jappoġġja lil Busuttil biex isegwi l-inkjesti li fetaħ il-Qorti.

[interaction id=”5b549947db31a0a38a26ac8d”]

 

14:20: Delia jgħid li ħafna mistoqsijiet għadhom ma ġewx imwieġba. Muscat mhuwiex ħati, iżda ta’ madwaru huma.

14:19: Delia jitlob li r-rapport sħiħ jiġi ppubblikat. Jemmen fil-verità tal-fatti u l-konklużjonijiet tar-rapport.

Bħalissa għaddejja konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, dwar l-inkjesta Egrant.

Dan wara konferenza tal-aħbarijiet li sejjaħ il-Prim Ministru f’Kastilja dalgħodu, fejn talab għar-reżenja ta’ Simon Busuttil. Hu insista li jekk Busuttil jirrifjuta li jirreżenja, ir-responsabbiltà taqa’ f’idejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia. Busuttil wieġeb li t-talba għar-reżenja tiegħu hi “redikola.”

Il-Partit Laburista jirreaġixxi

Il-Partit Laburista feraħ lill-Kap tal-PN fi stqarrija talli skontu, ħa d-deċiżjoni t-tajba fil-konfront ta’ Simon Busuttil.

Il-PL qal li jekk Busuttil ma jitlaqx minn jeddu, jistenna li Delia jneħħih hu stess.