Filmat: “Jekk niġu infurmati bl-imqita, ma nistgħux nippjanaw”

Read in English.

Konferenza tal-ahbarijiet

Konferenza tal-ahbarijiet

Posted by Adrian Delia on Thursday, March 12, 2020

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia saħaq li l-iktar ħaġa importanti f’din is-sitwazzjoni minħabba l-coronavirus, hemm bżonn li jkun hemm preparazzjoni minn qabel u mhux jittieħdu deċiżjonijiet bħala reazzjoni. Insista li jekk l-informazzjoni u l-ispjegazzjonijiet jibqgħu jsiru bl-imqita ħadd mhu se jkun jista’ jippjana.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà, Dr Delia stqarr li għalkemm il-Gvern ma riedx li l-Oppożizzjoni tifforma parti mill-kumitat li waqqaf, l-Oppożizzjoni ħolqot task force interna fil-Partit Nazzjonalista u se tkun qed taħdem kif tista’.

Żied jgħid li bl-għeluq tal-iskejjel, il-Gvern l-aħħar sema’ minn dawk li jridu l-aħjar għall-interess tat-tfal u tal-pajjiż. Kwarta qabel il-konferenza msejħa mill-Prim Ministru li fiha ħabbar għeluq tal-iskejjel minn għada, il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li l-iskejjel kollha għandhom jingħalqu mingħajr aktar dewmien għall-ġid tal-istudenti u għall-ġid tal-pajjż.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia u l-Kelliem tal-PN għall-Edukazzjoni Clyde Puli saħqu li n-nuqqas ta’ azzjoni li ttieħdet fl-iskejjel fl-aħħar ġimgħat, qed twassal għal tħassib serju fost il-ġenituri. Żied jgħid li kull ġurnata li tgħaddi, inqas ġenituri qed jibagħtu t-tfal l-iskola. Ikkwotaw lill-MUT li rrappurtat li ċertu skejjel kellhom attendenza biss sa 40% tal-istudenti.

Miżuri li qed tipproponi l-Oppożizzjoni Nazzjonalista lill-Gvern għax temmen li jistgħu jagħmlu d-differenza:

  • Xogħol mid-dar
  • Deċiżjoni fuq il-leave tal-kwarantina għall-ħaddiema fis-settur pubbliku u privat

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn