Filmat: “Mingħajr il-korruzzjoni, il-voucher kien ikun ta’ €900” – Delia

Adrian Delia intervistat mill-Editur ta' Newsbook.com.mt

Read in English.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li mingħajr il-korruzzjoni, il-Gvern seta’ jagħti vouchers ta’ €900. Intervistat mill-Editor-in-Chief ta’ Newsbook.com.mt Sylvana Debono fuq Net TV, Adrian Delia fisser li din iċ-ċifra tinkludi biss id-€90 miljun li l-Gvern ta lis-sidien tal-Vitals għall-bejgħ tal-isptarijiet.

Fost it-temi diskussi, Adrian Delia wieġeb dwar l-istatut il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista, il-kriżi li ġabet magħha l-pandemija tal-Covid-19 u d-distakk elettorali li hemm bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.

Erġa’ aqra x’intqal minuta b’minuta permezz ta’ Live Blog:

11:54 Mistoqsi dwar l-ewwel riżultat li jixtieq li jikseb bir-ristrutturar huwa li l-messaġġ jasal għand in-nies. Qal inutli li l-PN jinbidel jekk in-nies ma jifhmux il-messaġġ li qed jipprova jwassal.
Beppe Galea
11:52 Adrian Delia spjega l-mudell li se jadotta l-PN li permezz tiegħu s-sezzjonijiet tas-soċjeta, fosthom dawk li mhumix membri tal-Partit jingħataw spazju biex jiffurmaw il-politika u permezz tagħha tittejjeb il-ħajja tan-nies.
Beppe Galea
11:51 Sylvana Debono tistaqsi jekk il-PN wasalx fl-għeruq peress li l-istess frażi ilha tintuża għal dawn l-aħħar seba' snin.
Beppe Galea
11:50 Delia saħaq li l-Partit Nazzjonalista jrid jerġa' jinżel fl-għeruq tan-nies.
Beppe Galea
11:50 Adrian Delia qal li bħalissa l-Eżekuttiv tal-PN għaddej bi proċess biex jagħmel ristrutturar tal-Partit Nazzjonalista.
Beppe Galea
11:48 Sylvana Debono tistaqsi dwar il-bidla fl-istatut fosthom it-tneħħiha tar-referenza "Religio et Patria" li kien il-motto tal-PN.
Beppe Galea
11:45 "Mingħajr il-kuntratt tal-Vitals, flok il-voucher ta' €100, il-Gvern kien jagħti voucher ta' €900 kull sena" – Delia
Beppe Galea
11:43 "Il-korruzzjoni għandha prezz" – Delia stqarr dan filwaqt li spjega ċ-ċifra ta' €90 miljun li l-Gvern intrabat li jagħti lis-sidien barranin tal-Vitals. Delia qal li l-ħajja tal-Maltin kienet tkun aħjar li kieku dawn tqassmu lokalment flok il-privattizzazzjoni tal-isptarijiet ta' Malta u Għawdex.
Beppe Galea
11:42 Delia qal li teżisti mentalita ta' tixħim biex persuna jieħu xi ħaġa. Spjega li din titkisser jekk il-messaġġ jasal li kulħadd jista' jasal aħjar mingħajr ma tirrikorri għall-korruzzjoni.
Beppe Galea
11:41 Delia spjega ċ-ċikli politiċi li jaffettwaw lill-elettorat lil min jafdaw biex jigverna. Qal li ċ-ċiklu ta' bħalissa huwa determinat mill-ekonomija. Stqarr iżda li minkejja li n-nies jafu li teżisti l-korruzzjoni pero xorta jafdaw lill-Gvern tal-ġurnata minħabba li l-ekonomija tinsab sejra tajjeb. Dwar dan Delia qal li l-PN jrid jikkomunika aħjar il-messaġġ tiegħu biex jibbilanċja l-ġid tal-pajjiż biex dan jasal għand kulħadd u jitqassam aħjar.
Beppe Galea
11:39 Mistoqsi dwar jekk jaqtax qalbu quddiem id-distakk elettorali li bħalissa jinsab fih il-PN, Adrian Delia qal li l-proċessi ta' ħsieb tal-nies jinbidlu aktar ta' spiss.
Beppe Galea
11:37 Qal li l-PN irid ikun hemm biex jibbilanċja kemm il-ġid tal-pajjiż imma wkoll il-kwalita fil-ħajja ta' kuljum tan-nies.
Beppe Galea
11:36 Adrian Delia jgħid li hemm bżonn proċess biex il-PN jikseb il-fiduċja tan-nies. Qal li t-tajjeb tal-PN m'għandu l-ebda bżonn li jaħbih anzi jrid jiftaħar bih. Semma kif bl-istess mod il-PN għandu jammetti li żbalja fil-passat u joffri soluzzjonijiet għat-triq il-quddiem.
Beppe Galea
11:35 Sylvana Debono: "Hemm soluzzjoni għad-distakk bejn il-partiti?"
Beppe Galea
11:34 Qal li l-istazzjon nazzjonali m'għandux ikun il-vuċi tal-partiti l-kbar iżda għandu jagħti spazju lil minoranzi u kmamar tal-aħbarijiet differenti.
Beppe Galea
11:33 Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista qed ikun regolarment żvantaġjat fil-programmi u anki fir-reklamar li qed ikun hemm fuq l-istazzjon nazzjonali.
Beppe Galea
11:31 Sylvana Debono tistaqsi dwar x'se jagħmel il-PN biex l-istat ma jkollux kontroll assolut fux-xandir nazzjonali.
Beppe Galea
11:29 Delia qal li t-turiżmu seta' jiġi mhejjun aħjar li kieku kellu €4.5 aktar, l-istess flus li nagħtaw b'reklamar lil kumpanija waħda b'mod kontroversjali.
Beppe Galea
11:27 "Irridu nkabbru l-ekonomija mingħajr ma nkasbru r-reputazzjoni" – Delia jinsisti li l-Gvern kisser ir-reputazzjoni ta' Malta fil-fora internazzjonali. Spjega li dan se jkollu impatt fuq l-ekonomija.
Beppe Galea
11:26 "M'għandnix ir-riżorsi" – Delia jistqarr li l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni m'għandux riżorsi daqt il-Partit Laburista li juża' l-istazzjon nazzjonali bħala l-vuċi tiegħu.
Beppe Galea
11:25 Sylvana Debono tistaqsi dwar il-komunikazzjoni tal-PN.
Beppe Galea
11:23 Adrian Delia qal li l-politika partiġjana ma kienx postha fil-pandemija. Qal li dwar l-ekonomija, il-PN kien kritiku b'mod propożittiv li kien idaħħal miżuri aktar kmieni li permezz tagħhom jgħin lill-familji.
Beppe Galea
11:22 Sylvana Debono tistaqsi dwar x'kien jagħmel differenti Delia li kieku kien Prim Ministru.
Beppe Galea
11:21 Adrian Delia jirrakkonta dak li għadda minnu fl-aħħar ġimgħa tal-pandemija fosthom b'aktar laqgħat online u laqgħat mal-persuni vulnerabbli li ntlaqtu l-aktar mill-pandemija.
Beppe Galea
11:20 L-Editor-in-Chief ta' Newsbook.com.mt tibda tintervista lill-Kap tal-PN Adrian Delia.
Beppe Galea
11:10 Merħba! L-intervista mal-Kap tal-PN Adrian Delia se tibda dalwaqt.
Beppe Galea

Din l-intervista saret fost serje ta’ intervisti mal-Kap tal-PN fuq Net TV mill-ġurnalisti tal-midja indipendenti.

Ilbieraħ il-Partit Nazzjonalista beda japprova statut ġdid bl-Eżekuttiv jappriva l-ħatra ta’ Kummissjoni Kandidati li għandha l-għan li tagħżel il-kandidati tal-PN għall-elezzjonijiet li ġejjin.