Newsline: Adrian Delia f’għeluq is-sena mill-ħatra ta’ Kap

Dr Adrian Delia f’intervista ma’ Sylvana Debono fuq RTK 103FM waqt il-programm Newsline f’għeluq is-sena mill-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Niddiskutu fost oħrajn dwar is-sondaġġi u nistaqsu: il-PN għandu problema mal-partitarji tiegħu stess?

Huwa sew li bħala l-mara ta’ Kap ta’ partit ħarġet kontra statement tiegħu stess?

Partit maqsum ma jistax ikun rebbieħ. Kif se tgħaqqad?

Newsline jixxandar kull nhar ta’ Sibt fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt