Filmat: Joseph Muscat għandu jitlaq – Delia

Read in English.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia saħaq li bl-iżviluppi li seħħew dalgħodu, il-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jirriżenja.

Huwa kien qed jirreaġixxi fuq il-midja soċjali wara dak li ġie żvelat dalgħodu, biċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri jirriżenja mill-kariga tiegħu u qiegħed jew se jiġi interrogat mill-Pulizija f’dan il-ħin.