Filmat: “Il-Gvern reattiv u selettiv” – Delia

Read in English.

Konferenza tal-ahbarijiet

Konferenza tal-ahbarijiet

Posted by Adrian Delia on Wednesday, 25 March 2020

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna li l-Gvern huwa wieħed reattiv u selettiv. Insista li l-Gvern qed jirreaġixxi tard wisq.

Dan qalu waqt konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.

Delia sostna li minħabba li l-Gvern aġixxa tard wisq, kien hemm kumpaniji li diġà keċċew impjegati. Qal li Abela lbieraħ ħabbar li l-miżuri mistennija japplikaw b’mod retroattiv, u b’hekk jidher li ammetta li għamel żball.

Delia rrimarka li lbieraħ il-Gvern offra 50% tal-paga medja għal 60,000 impjegat. Qal li 110,000 ħaddiem ieħor fis-settur privat la ħadu xejn u lanqas jidher li se jieħdu xejn għalissa.

Delia sostna li l-Prim Ministru lbieraħ naqas milli jwieġeb mistoqsija sempliċi: għaliex qed jirrifjuta milli jraħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Delia rrimarka li ż-żejt bħalissa jinsab fl-irħas prezz li qatt kien. Sostna li l-Gvern minflok irrikorra billi f’sentenza qal li qed ifittex l-għaqda u f’sentenza oħra jkun partiġġjan.

Hu insista li l-proposti kollha li għamlet l-Oppożizzjoni ma kienu mwieżna u mhux bl-addoċċ. Delia qal li hu jrid li l-PN jaħdem ta’ kuljum f’laqgħat settorjali u jitkellem man-nies li għandhom għexieren ta’ spejjeż.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn