COVID-19 - Media Briefing - 18-12-2020COVID-19 - Media Briefing - 18-12-2020
Posted by saħħa on Friday, December 18, 2020
Read in English.
Tħabbru 94 każ ġdid tal-coronavirus u mewt ta’ anzjan li kien residenti f’San Vinċenz de Paul. Barra minn hekk, fl-aħħar 24 siegħa fiequ 110 persuni. Il-każijiet il-ġodda rriżultaw minn 3,558 swab test. B’hekk bħalissa hawn 1,606 każi attivi f’Malta.
Intant, fil-konferenza tal-aħbarijiet li tindirizza kull nhar ta’ Ġimgħa, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, Prof. Charmaine Gauci qalet li:
- Bħalissa f’Malta: Medja ta’ 84 każ ġdid ta’ Covid-19 kuljum
- Qed jiżdiedu l-każi ta’ Covid-19 fin-nisa
- Din il-ġimgħa l-aktar persuni pożittivi għall-Covid-19 kellhom bejn 25 u 34 sena.
- F’ġimgħa mietu 17-il persuna bil-Covid-19; 6 minnhom kellhom iktar minn 90 sena
- F’ġimgħa saru 1,318 test fl-ajruport: Minnhom ħarġu 8 każi pożittivi
- Issa tista’ tibbukkja swab test online
- Il-vaċċin mhux se jkun obbligatorju għall-ħaddiema fis-settur tas-saħħa
- Swab tests fid-djar perikolużi: Prof. Gauci tinsisti li hemm teknika biex is-swab test isir kif suppost