Filmat: 39 każ ġdid; 30% tal-każi huma sporadiċi

Read in English.

Fl-aħħar 24 siegħa Malta rreġistrat 39 każ ġdid minn 2,632 swab test. Fiequ wkoll 18-il persuna, u b’hekk, it-total ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 621.

COVID-19 – Media Briefing – 18-09-2020

COVID-19 – Media Briefing – 18-09-2020

Posted by MaltaGov on Friday, September 18, 2020

Dan tħabbar mill-Ministeru tas-Saħħa fl-infografika li joħroġ ta’ kuljum. Id-dettalji dwar il-każi mħabbra llum jingħataw għada minħabba li għadhom qed jiġu investigati.

Intant Prof. Charmaine Gauci indirizzat il-konferenza tal-aħbarijiet ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa. Ara xi spikka hawn:

  • Il-każi attivi qed jiżdiedu; it-tieni darba fit-tieni mewġa
  • Madwar 70% tal-każi ġodda marbuta ma’ clusters; 30% sporadiċi – mifruxa fil-komunità
  • Bħalissa f’Għawdex hemm 20 każ attiv
  • Jiżdiedu l-anzjani li qed jirriżultaw pożittivi; l-età medja titla’ għal 51 sena
  • Fil-bidu tas-sajf l-iktar każijiet kienu minn postijiet ta’ divertiment; issa minn djar tal-anzjani
  • Swab tests f’Dar San Ġużepp fil-Fgura qed isiru kull 3 ijiem
  • Teleworking u miżuri fl-uffiċċju għadhom qed jiġu mħeġġa
  • Il-lista oranġjo mhux se tinbidel għal din il-ġimgħa
  • In-numru ta’ każi impurtati huma baxxi; mir-random testing ħarġu 11-il każ
  • Bħalissa 2 persuni fl-ITU u fuq ventilator; kundizzjoni mhix stabbli
  • Każi fost l-immigranti: 35 fil-Lyster Barracks; 1 f’Ħal Safi u 37 fil-Marsa. Uħud minnhom irkupraw.

Dalgħodu l-Ministeru ħabbar is-17-il mewt ta’ persuna li kienet pożittiva għall-Covid-19.

Nhar l-Erbgħa li għadda, ġie rreġistrat rekord ta’ każi ġodda ta’ Covid-19 f’Malta, bil-maġġor parti minnhom ikunu minn djar tal-anzjani.

Mil-lum wieħed jista’ jniżżel b’xejn l-app tal-contact tracing f’Malta li saret mill-awtoritajiet tas-saħħa.