Filmati: 200 tifel u tifla jtajru t-tajr fil-Palazz tal-Verdala

Iktar minn 200 tifel u tifla dalgħodu tajru t-tajr li bnew fil-Palazz tal-Verdala.
L-attività, organizzata mill-Fondazzjoni tal-President għat-Tisħiħ tas-Soċjetà flimkien maċ-Ċentru Kulturali Ċiniż, għandha l-għan li ssaħħaħ l-inklużjoni, il-paċi u ċ-ċelebrazzjoni tad-diversità.
Guo Hongli, li jispeċjalizza fil-bini tat-tajr ilu għall-aħħar ġimgħa f’Malta, biex jgħallem din l-arti lit-tfal u anke lill-għalliema f’Malta u Għawdex.
L-attività nfetħet mill-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca u l-Ambaxxatur Ċiniż għal Malta Jiang Jiang.
Filmat LIVE: Ian Noel Pace