Listi ta’ stennija għall-kura tal-anzjani jonqsu bi 30%

Il-listi ta’ stennija għall-anzjani li jeħtieġu kura fit-tul, fi żmien sena naqsu bi kważi 30%.
Hekk ħabbret is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, permezz tal-profil tagħha fuq il-midja soċjali (Twitter).
Caruana qalet ukoll li minbarra li tnaqqset il-lista ta’ stennija għall-kura fit-tul, naqset ukoll dik marbuta mal-assessjar tal-anzjani.
Fi żmien xahar, din naqset bi kważi 35%.