Lista tal-Fergħat tal-BOV li se jiftħu nhar is-Sibt 2 ta’ Mejju

Read in English.

Il-Bank of Valletta jixtieq javża lill-klijenti tiegħu li nhar is-Sibt 2 ta’ Mejju 2020, ħames fergħat ġewwa Malta u Aġenzija f’Għawdex imsemmija hawn taħt, se jkunu miftuħa bejn id-9.00am u 12.30pm:

  • Buġibba
  • Marsa
  • Mqabba
  • San Ġwann
  • San Ġiljan
  • Nadur, Għawdex

Il-Bank ifakkar lill-klijenti tiegħu li nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Mejju, festa pubblika, il-Bank ikun magħluq.

Il-Bank of Valletta jkompli jħeġġeġ lill-klijenti biex ma jmorrux il-fergħat tal-Bank bla bżonn u minflok jużaw l-ATMs tal-Bank biex jiġbdu jew jiddepożitaw il-flus u jużaw il-BOV Cards, il-BOV Pay jew il-‘BOV Mobile to Mobile Payment’ biex iħallsu għax-xiri, servizzi u konsinji tagħhom. Barra minnhekk, il-BOV Internet Banking u l-BOV Mobile Banking jistgħu jintużaw għal pagamenti u tranżazzjonijiet bankarji oħra.

Għal kull bżonn bankarju ieħor, il-klijenti għandhom jibagħtu imejl fuq info@bov.com billi jispeċifikaw it-tip ta’ servizz li jeħtieġu, in-numru tal-mowbajl tagħhom, in-numru tal-Karta tal-Identità u l-fergħa tal-Bank fejn normalment jinqdew. Uffiċjal tal-BOV imbagħad jikkuntattja lill-klijenti biex jipprovdi l-għajnuna. Il-klijenti jistgħu ukoll iċemplu fuq 2275 3500, mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 am sal-4.00 pm.

Aktar informazzjoni u aġġornamenti tal-BOV fuq COVID-19 jistgħu jinstabu fuq https://bov.com/content/covid-19-bov-updates.

Maħruġa mill-Bank of Valletta p.l.c., 58, Triq San Żakkarija, Il-Belt Valletta VLT 1130. Il-Bank of Valletta p.l.c. hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata regolata mill-MFSA u hija liċenzjata biex toffri l-kummerċ bankarju f’termini tal-Att dwar il-Kummerċ Bankarju (Kap. 371 tal-Liġijiet ta’ Malta).