Lista ta’ servizzi varji minn sors wieħed

Read in English.

maltatogether.com huwa sit li għadu kif tnieda u li jiġbor fih servizzi u inizjattivi biex jgħinu lil nies li qegħdin bil-lockdown bħalissa. Il-lista tvarja minn lista ta’ servizzi li jipprovdu l-kunsinni ta’ xiri, servizzi ta’ għajnuna, edukazzjoni onlajn u ħafna iktar, li tajjeb li wieħed jara f’dawn iż-żminijiet.

Dawn is-servizzi jipprovdu appoġġ għal nies li joqogħdu ġod-dar, kif ukoll modi kreattivi biex jagħmlu l-aħjar ħin tagħhom fid-dar.

Mill-kunsinna ta’ ħwienet tal-merċa, ikliet lesti jew oġġetti li jitwasslu fuq l-għatba tiegħek, sa konsultazzjonijiet onlajn, workshops u klassijiet kemm għall-adulti kif ukoll għat-tfal, kif ukoll linji tal-għajnuna li joffru appoġġ psikoloġiku.

F’dan is-sit insibu aktar minn 100 servizz differenti li qed jiġu offruti bħalissa – jew bi ħlas jew kompletament bla ħlas – minn individwi, organizzazzjonijiet jew kumpaniji differenti madwar il-gżejjer Maltin.

Malta Together għandha l-għan li tkompli tespandi billi żżid aktar servizzi u inizjattivi kuljum. Is-sottomissjonijiet ta’ servizzi jew inizjattivi jistgħu jsiru mingħajr ħlas permezz tal-websajt www.maltatogether.com

Maltatogether.com hija inizjattiva bla skop ta’ qligħ miġjub lilkom minn “The Academy of Givers”, assoċjazzjoni maħluqa biex tgħaqqad u tispira l-għoti soċjali fost il-komunità kummerċjali ta’ Malta.

Is-sit maltatogether.com bħalissa hija mmaniġjata minn Iniala Group li qed jimmirraw biex ikabbru l-inizjattiva u eventwalment tibda topera b’mod indipendenti.

Jekk tixtieq tagħmel volontarjat biex tgħin b’xi mod, tista’ tikkuntattjahom fuq staff@maltatogether.com