​Lisa Marie Bezzina u Jorrit Van der Raadt jirbħu l-Fastest 5

L-Olandiż Jorrit Van der Raadt u Lisa Marie Bezzina minn Pembroke Athleta rebħu t-tellieqa Fastest5.
Din kienet it-tieni edizzjoni tal-Fastest5, tellieqa ta’  5km madwar it-toroq ta’ Birkirkara u Santa Venera organizzata minn Raptorz Running Club, b’rotta verament veloċi li wasslet biex bosta atleti jirreġistraw l-aqwa ħin personali tagħhom tal-karriera jew tal-istaġun. Filfatt, ħames atleti rnexxielhom itemmu l-5km taħt is-16-il minuta.
Van der Raadt rebaħ il-Fastest5 b’15-il minuta u 37 sekonda, fi tmiem verament eċitanti, hekk kif żewġ atleti oħra, Luke Micallef (Pembroke Athleta) u Andrew Grech (Mellieħa AC) daħlu fi spazju ta’ tliet sekondi warajh.
Lisa Marie Bezzina (Pembroke A.) kkonfermat id-dominanza tagħha fil-kategorija tan-nisa (17:44). Maria Gerada (As Libertas) u Denise Borda (Mellieħa AC) spiċċaw fit-tieni u t-tielet post.
Rebbieħa oħra kienu ta’ din it-tellieqa li saret il-Ħadd filgħodu u li attirat numru rekord ta’ aktar minn 300 parteċipant kienu:
Carina Suda (Nisa-U23) Joanna Camilleri (Nisa 35-39) Caroline Ciappara (Nisa 40-44), Carmen Vella (Nisa 45-49), Mary Grace Demicoli (Nisa 50-54)
Dillon Cassar (Irġiel – U23)  Mario Grech (Irġiel 35-39) Jason Mizzi (Irġiel 40-44),  , Matthew Cutajar (45-49), Michael Camilleri (Irġiel 55-59) u Wally Ghiller (Irġiel 60-64).
Il-kategorija tat-timijiet għaż-żewġ sessi ntrebħet minn Mellieħa AC.
Ritratt: Chris Vella Petroni