Lisa Marie Bezzina u Jordan Gusman jirbħu l-ewwel 2 midalji tad-deheb għal Malta

L-ewwel midalja tad-deheb għal Malta waslet tard wara nofsinhar ilbieraħ mingħand Lisa Marie Bezzina li rebħet it-tellieqa tal-5,000m. It-tieni midalja tad-deheb inkisbet minn Jordan Gusman li rnexxielu jirbaħ il-5,000m.

L-ewwel midalja fit-tieni ġurnata tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar inkisbet mill-għawwiema Alexandra McGonigle li ħadet il-midalja tal-fidda fil-50m breastroke filwaqt li mis-sezzjoni tal-irġiel, Mikhail Umnov rebaħ il-midalja tal-bronż fil-100m butterfly. Sa dan it-tant, Damien Mizzi rebaħ il-heat tal-400m biex illum se jkun qed jikkompeti fil-finali. It-tim magħmul minn Mya Azzopardi, Michee van Rooyen, Sasha Gatt u Francesca Falzon Young ġew it-tielet fil-freestlye 4x200m. It-tim tal-irġiel li hu kompost minn Andrew Chetcuti, Harry Stacey, Matthew Galea Dylan Cachia rebaħ il-fidda fil-4x200m freestlye.