Lis-Sindku tal-Bolivja kaxkruha ħafja u tefgħulha ż-żebgħa

eldeber.com.bo

Is-Sindku tal-Bolivia sfat attakkata mill-persuni li kienu qed jipprotestaw min-naħa tal-oppożizzjoni. Hija nġarret fit-toroq ħafja, miksija kollha żebgħa ħamra kif ukoll qatgħulha xagħarha.

Is-Sindku Patricia Arce tagħmel parti mill-partit Mas li bħalissa jinsab fil-Gvern. Wara diversi sigħat hija ttieħdet għand il-Pulizija. Din hija l-aħħar ġlieda minn serje ta’ ġlidiet vjolenti li seħħew bejn partitarji tal-gvern u dawk opposti fid-dawl tal-elezzjonijiet presidenzjali li għaddew.

S’issa, mill-inqas tliet persuni mietu matul dawn il-protesti.

X’ġara s’issa?

Il-grupp ta’ demostranti li huma kontra l-Gvern għalqu pont f’Vinto, belt żgħira f’Cochabamba fiċ-ċentru tal-Bolivia bħala parti mill-protesti tagħhom minħabba l-elezzjonijiet presidenzjali li saru fl-20 t’Ottubru li għadda.

Skont rapporti mhux uffiċjali żewġ partitarji min-naħa tal-Oppożizzjoni nqatlu fil-protesti li seħħew.