Liquigas tintroduċi siġilli ġodda

Liquigas Malta qed tintroduċi siġilli ġodda fuq iċ-ċilindri kollha tal-gass tagħha minn nhar it-Tnejn 5 ta’ Mejju 2014. Dawn is-siġilli huma aktar faċli u konvenjenti għall-konsumaturi biex ineħħu s-siġill qabel l-użu u anki biex jgħinu lill-konsumaturi jgħarfu d-distinzjoni bejn siġilli ġenwini u dawk foloz. Dan qed isir bħala parti mill-impenn kontinwu ta’ Liquigas biex tiżgura l-aqwa sigurta’, kwalita’ u servizz lill-klijenti tagħha f’Malta. 
Matul ix-xahar ta’ Mejju, id-distributuri tal-gass se jkollhom ċilindri għall-bejgħ bis-siġilli l-ġodda u dawk kurrenti, iżda mill-ewwel ta’ Ġunju 2014, iċ-ċilindri ta’ Liquigas se jkunu kollha bis-siġill il-ġdid.