Liquigas: Kull ċilindru diżinfettat; ħażna adegwata

Liquigas-Green-Cylinders

Read in English.

Fid-dawl tal-Covid-19, u l-miżuri ta’ prevenzjoni li qed jittieħdu f’Malta, Liquigas Malta qed tiggarantixxi provvista ta’ gass (LPG), li fi kliemha hi affidabbli, sigura u adegwata għall-konsumaturi, l-operaturi u d-distributuri. Barra minn hekk spjegat li kull ċilindru qed jiġi diżinfettat.

Fi stqarrija, il-Liquigas qalet li dan permezz tal-faċilità LPG mill-aktar avvanzata mmexxija minn Gasco Energy, li tinkludi terminal ta’ importazzjoni mill-baħar, kif ukoll impjant għall-ħażna u l-mili taċ-ċilindri f’Bengħajsa.

Minkejja dawn l-isfidi, Liquigas wegħdet li se tkompli twassal servizzi ta’ kwalità lill-klijenti kollha sal-għatba tal-bieb tagħhom, filwaqt li tirrispetta l-linji gwida tal-awtorità tas-saħħa li kienu implimentati dan l-aħħar.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Gasco Energy, Paul Agius Delicata stqarr li kull ċilindru aħdar issiġillat ta’ Liquigas qed jinħasel u mbagħad ikun diżinfettat b’kimika speċjali li telimina l-virusis u l-batterji kollha. 

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn