​Lionel Messi, għaxar snin mid-debutt ma’ Barcelona

Kien bħal-lum għaxar snin ilu, li l-plejer Arġentin Lionel Messi kellu id-debutt uffiċjali mat-tim ta’ Barcelona.
L-ewwel gowl tiegħu fil-Camp Nou kien fi Frar tal-2006 kontra Real Betis ta’ Sevilla.
Kien il-Ħadd 17 ta’ Settembru tal-2000, meta Horacio Gaggioli li dak iż-żmien kien l-aġent ta’ Messi, kien qed jistenna lil Arġentin fl-ajruport ta’ El Prat f’Barcelona.
Messi li kien għad kellu 13-il sena, qasam l-Atlantiku ma’ missieru Jorge u Fabián Soldini, li kien l-aġent ta’ Messi flimkien ma’ Gaggioli.
Mal-wasla tiegħu fi Spanja, Josep Maria Minguella rranġalu biex jibda bi prova ma’ Barcelona.
Messi mill-ewwel ħalla impressjoni tajba ħafna u ġie milqugħ fit-tim ta’ Barcelona, bħala r-ritorn ta’ Diego Armando Maradona.
Fil-fatt Maradona kien ukoll ma’ Barcelona, għoxrin sena qabel.
Ta’ min jgħid li l-kuntratt informali ta’ Messi ma’ Barcelona kien sar f’Diċembru tal-2000 fuq sarvetta tal-karti, li Gaggioli għad għandu magħluqa f’inkwadru.
S’issa Lionel Messi ma’ Barcelona skurja 405 gowls, 335 minnhom b’siequ x-xellugija, 53 b’siequ l-leminija, 15 b’daqqa ta’ ras, wieħed b’sidru u bħal Maradona skurja wkoll wieħed b’idejh.