LinkedIn: L-Ewropej fil-mira ta’ spjunaġġ

Iċ-Ċina qed tuża profili foloz fuq LinkedIn biex takkwista informazzjoni ta’ diversi uffiċjali u politiċi minn madwar id-dinja, b’mod partikolari fl-Ewropa.
L-Aġenzija tal-Intelliġenza Ġermaniża (BfV) ħarġet stqarrija fejn allegat li l-Aġenzija tal-Intelliġenza Ċiniża qed tuża s-sit biex takkwista informazzjoni ta’ mill-inqas 10,000 persuna, ħafna minnhom Ġermaniżi, biex tipprova tużahom bħala kuntatti tal-informazzjoni.
Il-BfV ippublikat lista ta’ profili foloz li allegatament qed jintużaw għal dan l-għan.
Il-Kap tal-BfV Hans-Georg Maassen qal li dawn il-profili qed jintużaw biex jimminaw l-aktar l-iktar politiċi b’saħħithom fil-Ġermanja, bl-għan li jinfiltraw diversi Gvernijiet u ministeri madwar l-Ewropa.
Fil-passat iċ-Ċina kienet akkużata b’allegazzjonijiet simili ta’ spjunaġġ fuq l-internet min pajjiżi differenti, madanakollu dejjem ċaħdet l-allegazzjonijiet.