Linji tal-ajru jissospendu t-titjiriet lejn Tel Aviv

Kumpaniji tal-ajru Ewropej u mill-Istati Uniti waqqfu t-titjiriet tagħhom lejn l-ajruport Iżraeljan Ben Gurion f’Tel Aviv, wara li rokit sploda ftit inqas minn żewġ kilometri ‘l bogħod.
L-EASA, li hija l-aġenzija regolatorja Ewropea qed tirrakkomanda lill-kumpaniji Ewropej tal-ajru kollha sabiex iwaqqfu immedjatament it-titjiriet kollha lejn Iżrael.
Lufthansa kienet l-ewwel kumpanija li ħabbret is-sospensjoni tat-titjiriet lejn Ben Gurion.
Lufthansa tinkludi wkoll lil Swiss, Germanwings u Austrian Airlines.
KLM, Air France, EasyJet, Air Canada u Alitalia wkoll ikkonfermaw li se jwaqqfu t-titjiriet kollha.
Mill-Istati Uniti, Delta, United u US Airways mhux se joperaw titjiriet f’24 siegħa.
Dan sabiex jaraw li jerġa’ jkun is-sigurtà meħtieġa fl-ajruport.
Wara li ttieħdet din id-deċiżjoni, l-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu talab lill-aġenziji internazzjonali tal-ajru biex jirrevedu din id-deċiżjoni.