Linji gwida ġodda għall-faċilitajiet taċ-child care centres

L-Awtorità tal-Ippjanar ippublikat dokument ta’ gwida aġġornat għall-użu tal-art sabiex iwieġeb għad-domanda tal-ġenituri għal iktar faċilitajiet taċ-child care.
F’dan id-dokument il-kunsiderazzjonijiet prinċipali tal-ippjanar għall-użu tal-art jitratta is-siti, l-adegwatezza u d-daqs tal-binja, u l-impatt potenzjali fuq il-ġirien.
Id-dokument jinsisti li l-faċilitajiet ikunu f’żoni residenzjali bħaċ-ċentri tal-ibliet u żoni industrijali biex tkun aktar faċli għall-ġenituri li jaħdmu biex ikollhom aċċess viċin il-post tax-xogħol tagħhom.
Minħabba tniġġis kimiku u riskju iktar għoli ta’ inċidenti tat-traffiku, il-linji gwida mhux ser jikkunsidraw faċilitajiet ta’ child care f’toroq arterjali jew toroq traffikużi ħafna.
Skont id-dokument il-Ministeru tal-Edukazzjoni se jibda jevalwa jekk bini jkunx adegwat jew le għal faċilitajiet ta’ child care
Ritratt: Arkivji