Linji gwida għat-tfal li jmorru l-Mużew

tifel jitlob

Read in English.

Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. ħarġet linji gwida relatati mal-coronavirus għall-oqsma tagħha f’Malta u Għawdex. Dan hekk kif qed jitqajjem dejjem aktar it-tħassib dwar iż-żieda tal-każi tal-coronavirus fil-pajjiż.

  • Id-deċiżjoni dwar jekk it-tfal jattendux għal-lezzjonijiet hi tal-ġenituri jew kustodji. Jekk l-adolexxenti vulnerabbli, mela l-ġenituri jew kustodji għandhom jiddiskutu mat-tabib tagħhom dwar l-attendenza ta’ binhom.
  • It-trasport lejn il-qasam u lura huwa fir-responsabbiltà tal-ġenituri jew kustodji.
  • It-tfal m’għandhom jiġu fil-qasam jekk iħossu ma jiflaħx, jekk it-temperatura tkun 37.3 gradi Celsius jew jekk fil-familja jkun hemm min hu marid b’sintomi ta’ COVID-19.
  • It-tfal m’għandhomx jieħdu magħhom għal-lezzjoni affarijiet bla bżonn. Filwaqt li oġġetti li ma joqgħodux fil-but għandhom jitpoġġew f’basket li jingħaraf.
  • Id-dħul isir mill-post indikat mis-Superjur.
  • Qabel ma wieħed jidħol fil-qasam trid tittieħed it-temperatura tiegħu.
  • Malli t-tfal jidħlu fil-qasam iridu jiddiżinfettaw idejhom bis-sanitiser.
  • It-tfal huma mitluba jżommu l-ħin ħalli d-dħul isir bl-ordni.
  • Se tkun qed tinżamm rassenja ta’ kull grupp. F’każ ta’ bżonn din tintuża bħala contact tracing.
  • Kemm possibbli, il-laqgħat u l-attivitajiet se jsiru fuq barra.
  • Il-grupp se jkollu ħin ta’ logħob u rikreazzjoni.
  • Il-qasam u oġġetti użati se jkunu mnaddfa spiss.
  • L-użu ta’ maskra/visor mit-tfal mhux meħtieġ. Jekk ikun hemm bżonn ta’ dan, is-superjur javża lill-grupp partikolari.
  • Fil-ħarġiet għall-Aspiranti/Magħżulin jintużaw il-maskri jew visors fil-każ li jintuża trasport ipprovdut mill-qasam.
  • Jekk it-tfal ikunu ġew lura mis-safar, dawn għandhom jistennew 14-il jum qabel ma jerġgħu jibdew jattendu.
  • Il-ġenituri qed jintalbu ma jidħlux fil-qasam. Kull komunikazzjoni għandha ssir permezz ta’ messi oħra bħat-telefon u email.