Linji gwida għal min iħaddem fi żmien COVID-19

Miguela Xuereb

L-Assoċjazzjoni Maltija għal Min Iħaddem (MEA) ħarġet ktejjeb dettaljat li joffri linji gwida lil min iħaddem. Fost l-oħrajn dan joffri gwida dwar problemi fuq il-post relatati mal-virus u fih ukoll informazzjoni dwar l-iskemi disponibbli.

Fi stqarrija l-MEA spjegat li d-dokument jinkludi wkoll kapitli fejn iwieġeb mistoqsijiet frekwenti fuq aspetti varji ta’ COVID-19 u l-impjiegi. Dan se jkun qed jiġi aġġornat frekwentament b’informazzjoni ġdid li toħroġ matul iż-żmien.

Intant, l-Assoċjazzjoni infurmat lill-membri tagħha li t-tariffi tagħha se jorħsu b’50% għal din is-sena. Il-President tal-MEA, Doris Sammut Bonnici, spjegat li huma jemmnu li żminijiet bħal dawn jitolbu għal atti ta’ ġenerożità u li kulħadd għandu jara li jerfa’ parti mill-piż. Hi insistiet li bħala soċjetà kulħadd għandu jingħaqad flimkien sabiex meta l-kriżi tasal fi tmiemha kulħadd joħroġ rebbieħ.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn