Linji gwida għal dawk li ngħataw vawċer minflok is-safra li kellhom ibbukkjata

Read in English.

L-Għaqda tal-Konsumaturi ħarġet linji gwida għal dawk li kellhom isiefru b’tour, u tħassrilhom il-vjaġġ minħabba l-coronavirus, jew ingħataw vawċer minflok.

Fi stqarrija, l-Għaqda qalet li tixtieq tinforma li l-liġi li tħares lill-konsumaturi meta l-vjaġġ tagħhom jitħassar mill-aġent tal-ivvjaġġar għadha hemm bħalma għadhom id-drittijiet tal-konsumaturi.

Saħqet li hu importanti li l-konsumaturi jaraw li l-kundizzjonijiet kollha msemmija jiġu mħarsa u hu fl-interess tal-konsumaturi li dawn jingħataw lilhom bil-kitba. B’hekk ikunu qed jassiguraw id-drittijiet tagħhom.

Il-linji gwida juru l-vantaġġi u l-iżvantaġġi sew għal dawk il-konsumaturi li jkunu jridu l-flus lura u sew għal dawk il-konsumaturi li jieħdu vawċer. Dawn il-linji gwida ġew żviluppati wara konsultazzjoni mal-BEUC li hi l-Għaqda Ewropea tal-Konsumaturi.

Il-linji gwida tista’ taċċessahom minn hawn.