L-Organizazzjoni Dinija tas-Saħħa, il-WHO, ippublikat linji gwidi ta’ kif wieħed gaħndu jilbes il-maskra f’dawn iż-żminijiet ta’ pandemija. Fost il-linji gwida ppublikati hemm dawk kif tintlibes il-maskra meta nkunu barra fil-pubblika, meta xi ħadd imur f’dar tal-anzjani, fi sptarijiet u fi kliniċi b’mod partikolari fejn każi ta’ coronavirus ġew irrapurtati mill-awtoritajiet tas-saħħa tal-pajjiż.
Dawn il-linji gwida huma verżjoni aġġornata ta’ dak li diġa kien ġie ppublikat mill-Who dwar kif jintlibsu l-marski għal persuni li jinsabu f’saħħithom biex la jlaqqtu l-virus u lanqas jitrasmettuh.
Fost il-linji gwidi:
- Il-maskri jridu jintlibsu bħala parti minn sistema ta’ miżuri oħra sabiex tiġi kkontrollata l-pandemija, biex ikunu effettivi
- Enfasizzata l-importanza li l-idejn jinżammu nodfa u li wieħed joqogħod attend fejn ipoġġi l-maskra meta ma tkunx qed tintuża
- Il-WHO isemmi kif aġġornat il-linji gwida tal-użu tal-maskri fuq evidenza xjentifika ġdida iżda tgħid li hemm bżonn ta’ aktar riċerka
- L-organizazzjoni tagħmel anke referenza għat-tip ta’ maskri li jintużaw minn nies fil-komunità u meta l-maskri jkunu ‘non-medical’
Il-WHO tenfasizza l-importanza li l-maskra dejjem tintlibes fejn ikun hemm suspett ta’ cluster fi ħdan il-komunità u fejn id-distanza ta’ minn tal-inqas 2 metri ma tistax tinżamm bilfors tintlibes maskra anke jekk in-nies jinsabu ġewwa speċjalment meta ma jkunx hemm ventilazzjoni.
Ħarġet wkoll gwida dettaljata ta’ l-aħjar tipi ta’ materjal għall-użu tal-maskri.