Lingwini bl-ispinaċi

lingwini

Ingredjenti

100g basal imqatta’

200 spinaċi, iffriżat imma mneħħi mill-ilma

20g butir

200g lingwini (jew spagetti), imsajra

melħ u bżar

2 mgħaref ġobon parmiġġjan

Metodu

Iddifrostja l-ispinaċi u agħsru mill-ilma. Qattgħu f’biċċiet kbar.

Dewweb il-butir f’borma u aqli l-basla imma tħallihiex tismar.

Żid l-ispinaċi u ħawwad mal-basla u sajjar għal madwar 3 minuti.

Żid l-għaġin u ħawwad tajjeb biex tiksih bit-taħlita tal-ispinaċi.

Ferrex il-ġobon fuq kollox u erġa’ ħawwad.

Fl-aħħar roxx il-bżar u l-melħ skont il-gosti tiegħek.