​Lindelof ikkritikat wara l-iżbalji li għamel

Id-difensur ċentrali ta’ Manchester United Victor Lindelof irċieva t-tisfir mill-partitarji tiegħu stess wara li wettaq xi żbalji difensivi li ppermettew lil Huddersfield Town jegħlbu lir-Red Devils bl-iskor ta’ 2-1.
Din kienet l-ewwel darba wara 65 sena illi t-tim modest li għadu kemm tela’ fil-Premier League Ingliz rebaħ lil United.
B’xorti ħazina, id-difensur Żvediż spiċċa protagonist fin-negattiv meta wettaq żball kardinali f’wieħed mill-gowls ta’ Huddersfield.
Immedjatament anke fil-midja soċjali ħafna kkritikaw lil Lindelof fejn sostnew illi għadu ma qabadx art mar-Red Devils. Wara li kellu staġun pożittiv ma’ Benfica ħafna stennew illi Lindelof se jagħmel impatt mat-tim immexxi minn Jose Mourinho. Dan kollu s’issa ma ġarax u għalhekk illi d-diriġenti tal-United jistennew wirjiet aħjar mill-plejer Nordiku.