Lina żżur lil John

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Ħbieb u Għedewwa li jixxandar fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315 se naraw lil Lina tmur fil-lukanda fejn ikun qed joqgħod John. Min se jmur ukoll fl-istess ħin li Lina tkun hemm?

Frank, Saviour, John u Etienne jltaqgħu biex jiffirmaw il-kuntratt. Kif se jmorru l-affarijiet? Għaliex Kristianne tiddeċiedi li tagħmel kejk?

Repetizzjoni ta’ dan l-episodju jixxandar nhar it-Tnejn fl-10.15am filwaqt li l-istorja tkompli nhar it-Tnejn, dejjem fl-3.45pm fuq Melita More.

Ħbieb u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.