Limitu ta’ 10 persuni għal kull mejda ġor-ristoranti

Miguela Xuereb

Ma jistax ikun hemm aktar minn 10 persuni ma’ mejda ġo restorant minħabba l-imxija tal-coronavirus.

Dan ġie kkonfermat minn kelliem tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu meta Newsbook.com.mt talab kjarifika dwar dan.

Bil-miżuri mħabbrin il-ġimgħa li għaddiet dwar l-attivitajiet tal-massa, u dawk li tħabbru fl-aħħar sigħat, jidher li ma jistax ikun hemm gruppi ta’ 10 persuni f’postijiet pubbliċi bħar-ristoranti u anke l-klabbs jew f’attivitajiet tal-massa bħal tiġijiet.

Il-Gvern għen lir-ristoranti biex jerġgħu jqumu fuq saqajhom billi bagħat vouchers ta’ €100 x’jintefqu fix-xiri mill-ħwienet, fir-ristoranti u fil-lukandi.

Madankollu, assoċjazzjoni tar-ristoranti qalet li l-iskema tal-vouchers ta’ €20 ma ġabitx nies daqs kemm kien mistenni.

Fi stħarriġ li sar il-ġimgħa li għaddiet, instab li kien hemm ammont sinifikanti ta’ ristoranti li kienu għadhom ma jistgħux jaċċettaw il-vouchers tal-Gvern għax kienu għadhom ma rċevewx l-ittra reġistrata li tagħtihom aċċess għas-sistema elettronika li għandhom bżonn biex jaċċettaw il-vouchers.