Limitati s-servizzi fiċ-ċentri tas-saħħa

Read in English.

Id-Dipartiment tal-Kura Primarja ħabbar li minn għada t-Tnejn se jiġu limitati s-servizzi li s-soltu jiġu offruti miċ-Ċentri tas-Saħħa. Dan filwaqt li ntqal li s-servizzi essenzjali se jibqgħu jiġu offruti.

Fi stqarrija l-Gvern qal li b’konformità mal-miżuri li qegħdin jittieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa bil-għan li jkun evitat kemm jista’ jkun it-tixrid tal-COVID-19, uħud mis-servizzi se jkunu sospiżi temporanjament kif jidher hawn taħt:

Servizzi essenzjali li se jkomplu jingħataw miċ-ċentri tas-saħħaServizzi li qegħdin ikunu temporanjament sospiżi sakemm jinħareġ avviż ieħor

(1) General Practitioner Walk-In
(2) General Practitioner Żjarat urġenti fid-djar*
(3) Treatment Room
(4) Medical Consultant Clinic –follow-ups urġenti biss (Referrals ġodda ta’ Scheduke V jitkomplew permezz ta’ email)
(5) Diabetes Clinic – każijiet urġenti biss imressqin mill-Konsulent
(6) ACC/POC jitkomplew fiċ-Ċentri tas-Saħħa kollha
(7) Bloodletting – każijiet urġenti biss (kif deċiż minn tabib)
(8) Injezzjonijiet Avastin jitkompew fit-Tetru taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta
(9) X-Ray – każijiet urġenti biss
(10) ECG
(11) Immunisation services – miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta u Floriana biss
(12) Ophthalmic Clinic – Każijiet urġenti biss
(13) Pharmacy – jitkompolew miċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u Floriana
(14) Antenatal Clinic
(15) Wound Clinic
(16) Plaster Slab
(17) Podiatry – każijiet urġenti biss
(18) Physiotherapy – każijiet urġenti biss
(19) Speech & Language Pathology – każijiet urġenti biss
(20) Mental Health – każijiet urġenti biss
(21) Breast Screening – follow-ups biss
(22) Colorectal Screening
(1) Cardiology Clinic*
(2) Chronic Disease Management Clinic
(3) Chronic Kidney Disease Prevention Clinic
(4) Dementia Clinic
(5) Dermatology Skin Tag Clinic
(6) Dietitian*
(7) Nutritionist*
(8) Down Syndrome Clinic
(9) Ear Syringing
(10) Fibromyalgia
(11) Cervical Screening
(12) Gynae Clinic
(13) Post-natal Clinic
(14) Lifestyle Clinic
(15) Movement and Physical Activity Clinic (16) Orthopaedic Clinic*
(17) Orthopaedic minor ops (18) Prescription Clinic
(19) Medical Results’ Clinic*
(20) School Health Services (21) Scoliosis Clinic
(22) Social Worker
(23) Sports and Exercise Medicine Clinic
(24) Well Baby Clinic
(25) Well Being Clinic
(26) Port-a-Cath se jmur SAMOC
(27) Cervical Screening
(28) Breast Screening New Invites  

Id-Dipartiment tal-Kura Primarja se jkun qed iżid numru tat-telefon ieħor – 21 22 24 44 – biex iżid il-kapaċità tal-Client Support Centre u jkun f’pożizzjoni jilqa’ għaż-żieda fid-domanda li mistennija jkun hemm mill-klijenti.

Fil-ġranet li ġejjin, se jkun qed jiżdied is-servizz telemediċinali għal dawk is-servizzi mmarkati * u li issa se jkunu temporanjament sospiżi.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn