Lill-pazjent li faga b’tiġieġa ġieli tawh is-solidi għax ma kellhomx ikel ieħor

L-armla tar-raġel li nstab mejjet fit-toilet tal-Isptar Karen Grech sentejn ilu, qalet fil-Qorti li żewġha ngħata ikel solidu diversi drabi, minkejja l-istruzzjonijiet speċifiċi dwar x'seta' jieħu.
Il-mara kienet qed tixhed fil-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ żewġ infermiera u nursing aide, li qed iwieġbu mhux ħatja ta’ omiċidju involontarju.  L-armla qalet ukoll li mas-sodda ta’ żewġha fl-isptar kien hemm nota li tindika x’tip ta’ ikel seta’ jiekol u li darba infermiera qaltilha li tatu ikel solidu għax ma kelliex x'tagħtih u r-raġel kien bil-ġuħ.
Mill-awtopsja, kien irriżulta li r-raġel miet wara li faga f’biċċa tiġieġa.