Lill-infermiera: “Tużawx mowbajls, tagħmlux xogħol klerikali”

Read in English.

L-Unjin tal-Infermiera ul-Qwiebel (MUMN) ħarġet direttivi ġodda, li fi kliemha japplikaw ukoll għal min jaħdem bis-sahra.

L-MUMN qalet li d-direttivi jaraw li jħarsu s-sigurtà u d-drittijiet tal-impjegati, filwaqt li jiżguraw li l-qwiebel u l-infermiera jwasslu l-aktar servizz tajjeb, ġenwin, u nadif possibbli.

Fost id-direttivi hemm li l-ħaddiema ma jużawx il-mowbajls u ma jagħmlux xogħol klerikali ħalli jkunu jistgħu jiffukaw fuq il-kura tal-pazjenti.

Dawn ir-regoli jikkonċernaw l-ħaddiema fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa kollha madwar il-gżejjer Maltin.

Għadu jrid jitħabbar meta dawn id-direttivi se jidħlu fis-seħħ.