Lill-ħabsin naqfluhom u narmu ċ-ċavetta jew nirriformawhom?

Andrew Azzopardi on 103 is-Sibt fl-10am

Read in English.

Hemm min jgħid li lill-ħabsin, l-aktar dawn li jkunu deħlin u ħerġin il-ħabs, għandna naqfluhom u narmu ċ-ċavetta. Oħrajn jgħidu li tista’ tirriformahom.

U l-vittmi tal-kriminalità? Dawk kif se naħsbu fihom u ngħinuhom meta dawn isofru xi vjolenza ta’ xi forma jew oħra? Madankollu wieħed ma jistax ma jsaqsix l-għala l-kriminali jġibu ruħhom hekk. Għaliex jaslu biex iweġġgħu lil ħaddieħor? Il-kriminali jistgħu jkunu vittmi wkoll? Dak jiġġustifika li għamlu? Għandna nkunu aktar ħanina ma’ dawk il-kriminali li sofrew storja ta’ abbuż u vjolenza?


Is-Sibt fl-10am fuq 103 Malta’s Heart, Prof. Andrew Azzopardi jiddiskuti dan kollu u aktar waqt il-programm Andrew Azzopardi on 103.

Tul il-programm nisimgħu l-opinjoni tal-esperti, tal-imġarrba u ta’ min imexxi l-ħabs.
Jieħdu sehem fid-diskussjoni: Av. Andrew Camilleri – Community Development Worker, Dr Janice Formosa Pace – Kriminologa, George Busuttil – President, Mid-Dlam ghad-Dawl, Prof. Charles Scerri – Lettur speċjalizzat fuq il-moħħ, l-Av Veronique Dalli – Penalista, Peppi Azzopardi – Opinjonista, Dr Kevin Sammut Henwood – Psikologu forensiku u eks ħabsi.

Fit-tieni parti tal-programm Andrew Azzopardi jitkellem ma’ Manwel Delia. Is-soċjetà ċivili hija importanti għad-demokrazija jew qiegħda hemm biss biex tagħmel bsaten fir-roti lill-Gvern?

Is-Sibt fl-10am fuq 103 Malta’s Heart Prof. Andrew Azzopardi jiddiskuti dan kollu u aktar waqt il-programm Andrew Azzopardi on 103.