Lijana Sultana tirbaħ il-junior open tal-isquash fir-Rumanija

Lijana Sultana ta’ 12-il sena rebħet il-junior open tal-isquash fir-Rumanija hekk kif irnexxielha tirbaħ l-erba’ logħbiet li lagħabet f’dan it-turnew. Fl-ewwel fażi tal-gruppi, Sultana kienet superjuri fuq l-avversarji tagħha Andra Marin u Anna Kedves hekk kif irnexxieha terbħilhom u b’hekk spiċċat l-ewwel fil-grupp. Hija kompliet bir-rittmu li bdiet bih u rebħet ukoll lil Alexandra Ghiorghisor fir-rawnd ta’ wara.

Sultana kompliet biex waslet tirbaħ il-finali li lagħbet kontra Timeea Dumitrasc u b’hekk ħadet it-titlu fl-Ewropa fil-kategorija tal-bniet ta’ taħt it-13-il sena. Bħalissa hija numru 25 fir rankings Ewropej tal-età tagħha.