Liġijiet skaduti se jitneħħew

Mil-lum il-Gvern se jelimina għadd ta’ liġijiet skaduti jew li m’għadhomx jgħoddu għall-pajjiż.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar dan dalgħodu hekk kif qal li mil-lum se jitneħħew 152 liġi.
32 minnhom kienu liġijiet mgħoddija mill-Parlament u 116 liġijiet sussidjarji. 9 liġijiet primarji se jkunu ikkonsolidati f’liġijiet oħra diġà eżistenti.
Fost il-liġijiet li se jitneħħew hemm il-liġi dwar il-faħam, dik dwar iċ-ċereali, dwar it-tkabbir tat-tabakk u liġijiet oħra ta’ żmien il-gwerra.
L-aħħar darba li sar eżerċizzju simili kien fl-1977. Din id-darba sar fuq tmien xhur.
Il-Prim Ministru semma wkoll l-introduzzjoni ta’ klawsola li permezz tagħha, liġi ġdida li tgħaddi mill-Parlament ikollha data ta’ meta tiġi fis-seħħ u ta’ meta għandha titneħħa.