“Liġijiet maħsuba biex it-tfal ikollhom għajxien diċenti” – Farrugia Portelli

The Sunday Times of Malta

Read in English.

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli sostniet li l-liġijiet huma maħsuba biex jiggarantixxu għajxien diċenti għall-membri tal-familja, inkluż tfal.

Hi qalet dan permezz ta’ post fuq Facebook b’reazzjoni għall-aħbar li 22 tifel u tifla ma nħarġilhomx permess ta’ residenza f’Malta u b’hekk se jkunu qed jiġu deportati. Semmiet li Identity Malta se tkun qed tikkomunika l-pożizzjoni uffiċjali tagħha dwar il-każ partikolari.

Farrugia Portelli enfasizzat li l-liġijiet ma jagħmlux distinzjoni bejn nazzjonalità u oħra. Sostniet li qegħdin hemm biss biex jiggarantixxu li dan il-familji li jingħataw permess ta’ residenza biex jgħixu f’Malta jkunu verament qed jgħixu ħajja diċenti.

Ilbieraħ il-gazzetta The Sunday Times of Malta ppubblikat rapport jgħid li 22 tifel u tifla se jitkeċċew minn Malta peress li l-ġenituri tagħhom ma jaqilgħux €19,000 fis-sena flimkien, kif ukoll  €3,800 żejda għal kull tifel u tifla li jkollhom. Dawn iċ-ċifri ma jinkludux dħul mis-sahra jew xi bonus. Din l-istorja wasslet għall-bidu ta’ petizzjoni online minn Newsbook.com.mt. L-Arċisqof Charles Scicluna beda wkoll diskussjonijiet mal-Gvern dwar dawn it-tfal.

Farrugia Portelli spjegat li riedet tiċċara ħames prinċipji dwar il-każ. Qalet li d-deċiżjonijiet li qed jissemmew fuq il-media huma fuq applikazzjonijiet ġodda li saru riċentament. Qalet li fil-maġġoranza tal-każi, il-ġenituri, ftit ġimgħat jew xhur qabel, ikun ingħatalhom permess sabiex jaħdmu Malta.

Spjegat li kull applikazzjoni ġdida li tidħol tiġi eżaminata fuq il-mertu tagħha. Qalet li jekk ir-rekwiżiti ma jintlaħqux, l-applikazzjoni jkollha tiġi rrifjutata. “Dan biex, hekk kif stipulat fil-liġi, kull membru tal-familja jkollu garanzija ta’ għajxien diċenti,” kompliet tgħid Farrugia Portelli.

Is-Segretarju Parlamentari rrimarkat li Malta qed timxi ma’ liġijiet dwar ir-rijunifikazzjoni tal-familja li ilhom fis-seħħ mill-2007 u jimplimentaw fil-liġi d-direttiva tal-Unjoni Ewropea fuq l-istess suġġett. Sostniet li minkejja dan, id-deċiżjonijiet ta’ Identity Malta jistgħu jiġu kkontestati quddiem il-Bord tal-Appell tal-Immigrazzjoni.

Hi kompliet tgħid li l-ebda każ minn dawk indikati fil-media ma jitrattaw każ ta’ xi wieħed mill-mijiet ta’ tfal li ilhom Malta u li għandhom awtorizzazzjoni sabiex jgħixu Malta. Qalet li kull tifel u tifla li għandu permess ta’ residenza diġà se jibqa’ jkollu l-permess imġedded fuq il-kriterji oriġinali tal-ewwel applikazzjoni.

Dejjem kont onestà u trasparenti dwar dak kollu li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà politika tiegħi. Identity Malta ser tkun…

Posted by Julia Farrugia Portelli on Monday, December 16, 2019