Liġi ġdida għal persuni taħt investigazzjoni

Daħlet fis-seħħ liġi ġdida li tintroduċi d-dritt għall-assistenza legali għal persuni taħt investigazzjoni jew arrest. 
Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonniċi qal li ċ-ċittadini Maltin se jgawdu garanziji u drittijiet, li ċittadini oħra f’numru ta’ pajjiżi avvanzati ilhom igawdu snin kbar.
Żied jgħid li għaldaqstant, is-sistema ta’ ġustizzja kriminali se tkun aktar affidabbli u se tassigura li ma jinstabux nies ħatja f’ċirkostanzi fejn ikun hemm xi dubji.
L-Avukat tal-akkużat jista’ jkun xhud ta’ kif saru l-affarijiet u se jkun jista’ jipparteċipa fl-interrogatorju b’mod illi jistaqsi domandi jew jagħmel rimarki kif permess mill-proċedura.
Permezz ta’ din is-sistema l-ġdida, il-Pulizija se tkun protetta kontra insinwazzjonijiet u allegazzjonijiet li ġieli jsiru.