Liġi ġdida fil-Brunei tħaġġar sal-mewt lil persuni omosesswali

Fi Brunei, nazzjon fl-Asja, iddaħħlet liġi antika li tippermetti li rġiel omosesswali jiġu mħaġġra sal-mewt jekk jinqabdu ma’ raġel ieħor.

Il-miżura l-ġdida li daħlet fis-seħħ illum tippermetti wkoll li persuni li jwettqu kriminalitajiet bħal serq jistgħu jkollhom parti minn ġisimhom maqtugħa bħala kastig għal għemilhom. Dan il-pass qajjem kundanna internazzjonali.

Is-Sultan tan-nazzjon li jinsab fix-Xlokk tal-Asja talab għal tagħlim Iżlamiku aktar f’saħħtu. Intant raġel omosesswali mill-Brunei li tkellem mal-BBC qal li jinsab ixxokkjat b’din id-deċiżjoni medjevali. Qal li f’daqqa waħda qam għal dinja fejn il-ġirien u l-familja tiegħek ma għandhomx jaħsbu li inti uman u li hija xi ħaġa tajba li jħaġġruk sal-mewt.