Liġi Ġermaniża tobbliga lis-sidien tal-klieb joħorġuhom għal 2 mixjiet kuljum

REUTERS/Carlo Allegri

Is-sidien tal-klieb fil-Ġermanja se jintalbu joħorġu lill-annimal domestiku tagħhom għall-eżerċizzju għal darbtejn kuljum.

Il-Ministru tal-Agrikoltura tal-pajjiż, Julia Klöckner, qalet li se tintroduċi din il-liġi ġdida fuq l-evidenza li d-9.4 miljun kelb li hemm fil-pajjiż mhux qed jingħataw l-eżerċizzju li għandhom bżonn u li dawn huma neqsin mill-istimoli meħtieġa.

Skont ir-regolamenti l-ġodda li se jkunu ppubblikati fl-Att dwar il-Klieb, min għandu kelb mhux se jeħlisha b’xi ġirja malajr mal-blokka, iżda se jkun irid joħroġ lill-annimal tal-inqas siegħa kull darba.