“Liġi dwar l-unjoni ċivili tista’ toħloq kontroversja kbira” – Ministru Taljan

Il-Ministru tal-Intern Taljan Angelino Alfano lbieraħ qal li l-unjoni ċivili ma kinitx parti mill-programm tal-Gvern u wissa dwar ir-riskju ta' tensjoni li tinħoloq minn dan l-abbozz ta' liġi kontroversjali li jirrikonoxxi unjoni bejn persuni tal-istess sess.
Fil-programm televiżiv Rai TG3, Alfano esprima x-xewqa tiegħu li l-Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi, jasal għal kompromess.
Il-Partit ta’ Alfano, huwa kontra waħda mill-proviżjonijiet tal-abbozz tal-liġi marbuta mal-adozzjoni ta’ tfal "tar-rispett" minn koppji tal-istess sess.
Wissa li "minn ballun tal-borra din il-liġi tista' ssir valanga."