Filmat: Lifeline: Il-kaptan b’multa ta’ €10,000; se jitqassmu lil NGOs fosthom l-Ursolini

 

Il-Qorti llum qatgħet is-sentenza fil-konfront tal-Kaptan tal-bastiment MV Lifeline, li daħal Malta b’234 persuna abbord f’Ġunju li għadda. Il-multa ta’ €10,000 li ġie ordnat iħallas il-kaptan se titqassam fost għadd ta’ NGOs madwar Malta u Għawdex.

Filmat: 234 persuna jinżlu l-art wara 6 ijiem bejn sema u ilma

Il-kaptan, Claus-Peter Reisch ingħata l-multa minħabba li saq bastiment b’reġistrazzjoni mhux adekwata u li daħal bla permess fl-ibħra territorjali Maltin.

Filmat: “Iċ-ċertifikat tal-vapur validu” – Il-Kaptan tal-Lifeline

Madanakollu, il-bastiment mhux se jibqa’ miżmum u se jkun jista’ jkompli bil-missjoni tiegħu, hekk kif il-Maġistrat Joe Mifsud irrimarka li l-bastiment mhux ta’ Reisch.

L-€10,000 multa mhux se jinżammu mill-Qorti, iżda se jitqassmu fost għadd ta’ NGOs, fost l-oħrajn lis-Sorijiet tal-Ursolini, lis-Salesjani ta’ Don Bosco, lil Dar Emmaus u lil Dar Merħba Bik.

Il-Maġistrat Joe Mifsud fakkar li l-Kaptan Claus Peter Reisch mhux qed jiġi mressaq għax salva l-ħajjiet u spjega li ta’ dan kien onorat u mfaħħar. Waqt li qed jaqra s-sentenza, Mifsud qal li l-Qorti qatt ma kkunsidrat li l-Kaptan Claus Peter Reisch jingħata sentenza ta’ ħabs.

AQRA: “Ma nħossx ħtija li salvajna 234 persuna” – Il-Kaptan

AQRA: Esperti tal-Qorti fuq il-Lifeline fl-Isla